WEEE Malta, l-ikbar Skema f’Malta li tirrappreżenta l-importaturi ta’ prodotti tal-elettriku u l-elettronika, fl-1 ta’ Settembru ċċelebrat –il ħames (5) anniversarju mit-twaqqif tagħha.
L-Iskema sussiddjarja tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji u approvata mill-Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsi hija l-link dirett bejn il-produtturi membri tagħha, l-awtoritajiet governattivi u l-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart fl-implimentazzjoni tad-direttiva Ewropeja tal-WEEE (Waste Electric & Electronic Equipment). WEEE Malta bdiet topera fl-istess ġurnata li daħlet fis-seħħ l-implimentazzjoni tad-direttiva fil-liġi Maltija.
Ic-Chairman ta’ WEEE Malta s-Sur Marcel Mizzi qal li “fl-ewwel ħames snin, bis-saħħa tal-komunita’ kummerċjali bdejna nimplimentaw b’suċċess il-kunċett tal-producer responsability f’dan il-qasam ambjentali u flimkien mal-istakeholders kollha qed niġbru u nittrattaw dan it tip ta’skart, parti minnhu hawn Malta u ammont konsiderevoli barra l-pajjiz permezz ta’ faċilitajiet barranin”.
F’ħames snin WEEE Malta ġabret u trattat iktar minn ħamest elef u ħames mitt tunnellata (5,500) ta’ skart elettroniku. L-iskart elettroniku huwa wieħed l-aktar tipi ta’ skart probematiċi jekk ma jiġix miġbur u trattat bl-aqwa prattiċi ambjentali. “F’ħames snin irnexxielna nidħlu f’kollaborazzjoni ma’ iktar minn 200 ‘collection point’ u niżguraw li l-materjal kollu li jinġabar jidħol f’dawk il-faċilitajiet approvati biex jiġi trattat sew bl-inqas dannu ambjentali”, kompla jgħid is-Sur Mizzi.
L-Iskema taħdem ukoll id f’id mal-Aġenzija għall-Immaniġġjar tal-Iskart, il-Wasteserv li tilqa’ fiċ-ċentri tagħha madwar Malta u Ghawdex, l-iskart elettroniku li jinġabar mis-sistema ta’ bulky refuse fil-Kunsilli Lokali jew li jiddisponu n-nies (householders) b’mod personali. “WEEE Malta din is-sena diġa ġabret u trattat iktar minn 430 tunnella ta’ skart elettroniku miċ-ċentri tal-iskart goff tal-Wasteserv u minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija COVID 19, il-materjal kollu allokat lill-iskema qed jiġi trattat jew esportat fl-inqas ħin u skont il-parametri kollha fil-permessi ambjentali”
WEEE Malta tħares il-quddiem biex tkompli, id f’id mal-istakeholders kollha twettaq l-obbligi ambjentali fid-dawl tal-istrategija ġdida għall-immaniġġjar tal-iskart li l-Gvern se jkun qed jippreżenta sal-aħħar tas-sena. WEEE Malta temmen li fit-tfassil tal-istrateġija għas-snin li ġejjin, il-Gvern għandu jtejjeb fuq l-avvanzi li saru fl-aħħar ħames snin u b’iktar ħeġġa ifassal u jimplimenta l-bidliet meħtieġa fis-sistema biex il-pajjiż jersaq iktar lejn it-twettiq tal-miri obbligatorji.
L-esperjenza turina li biex Malta tilħaq il-miri tad-direttiva tal-WEEE, jiġifieri li nilħqu rata’ ta’ ġbir ta’ 65% ta’ dak li jinbiegħ fis-suq, hemm bżonn li naraw li l-produtturi kollha, anke dawk li jpoġġu l-
prodotti tagħhom fis-suq Malti permezz ta’ ‘distance selling’ ikunu qed jaderixxu mal-liġijiet u noħolqu ‘fair and level playing’ għal kulħaddd; niżguraw li l-iskart ġġenerat jiġi trattat kollu ġol-faċilitajiet approvati b’audit trail adegwat u ntejjbu l-istandards ambjentali biex naċċertaw trattament xieraq tal-materjali u niksbu l-aqwa valur mir-riżorsa.
WEEE Malta determinata li tkompli taħdem biex il-qasam jkompli jitjieb fis-snin li ġejjin.